Il-Missjoni tagħna

Is-Servizzi tas-Saħħa Mentali għandhom l-għan li jippromwovu s-saħħa mentali fi ħdan is-soċjetà Maltija billi jipprovdu firxa komprensiva u integrata ta’ servizzi tas- saħħa mentali fil-komunità u fl-isptarijiet. Timijiet multidixxiplinarji speċjalizzati jipprovdu assistenza lil persuni bi problemi ta’ saħħa mentali li jeħtieġu trattament u kura speċjalizzata, kif ukoll appoġġ għan-netwerk soċjali tagħhom.