Servizz għad- Dipendenza
Is-servizzi tagħna jinkludu kemm in-patient kif ukoll outpatient.
Is-servizz in-patient għall-pazjenti b’dipendenza għandu l-għan li:
- Jistabbilizza individwi li jbatu minn diżordni fl-użu ta’ sustanzi u mard mentali ko-morbuż permezz ta’ farmakoterapija. Dan jinkludi iżda mhux limitat għat-trattament akuta ta’ sintomi meta pazjent iwaqqaf id-droga u disregolazzjoni emozzjonali relatata mal-użu tas-sustanza.
- Jipprovdi interventi psikoterapewtiċi li jiffokaw fuq psikoedukazzjoni, intervisti motivazzjonali, psikoterapija individwali u tal-grupp.
- Jipprovdi tħejjija u perjodu tranżitorju għal individwi li huma ġeneralment stabbli iżda lesti li jimpenjaw ruħhom għal programmi ta’ riabilitazzjoni.
- Interventi ta’ ħidma soċjali mmirati lejn taħriġ vokazzjonali, impjiegi u opportunitajiet ta’ akkomodazzjoni.
- Terapija okkupazzjonali.
Is-servizz għall-pazjenti b’dipendenza fil-Komunità / Outpatient għandu l-għan li:
- 1. Jagħmel reviżjonij regolari ta’ individwi li għandhom disturb ko-morbuż fl-użu ta’ sustanzi u mard mentali fil-komunità.
- Reviżjoni ta’ pazjenti li huma fuq ordni ta’ trattament komunitarja biex jiżguraw astinenza u stat mentali stabbli u dħul f’waqtu f’każ ta’ deterjorament.
- Servizz ta’ Outreach għad-dipendenza inkluż żjarat fid-dar minn tim tad-dipendenza biex jevalwaw individwi fl-ambjent tad-dar tagħhom.
- Valutazzjonijiet f’ambjent ta’ riabilitazzjoni.
- Klinika għal dawk dipendenti fuq stimulanti li tiffoka fuq individwi li jużaw drogi stimulanti.