Servizz ta’ Kooperazzjoni Psikjatrika fl-MDH

Kooperazzjoni psikjatrika hija l-fergħa tal-psikjatrija li biha tingħata kura tas-saħħa mentali waqt li l-pazjent ikollu kundizzjoni medika jew jeħtieġ kirurġija konkorrenti u jiddaħħal fl-Isptar Mater Dei. Is-servizz ikopri wkoll valutazzjonijiet ta’ emerġenza fid-dipartiment A&E u huwa estiż għall-etajiet kollha.

It-tim huwa magħmul minn tobba u infermiera speċjalizzati fil-qasam tal-psikjatrija.

Ir-riferimenti jaslu minn kull speċjalità fi ħdan l-Isptar Mater Dei. Dawn jistgħu jkunu relatati ma’ pazjent b’kuntatt preċedenti ma’ servizzi tas-saħħa mentali jew riferimenti ġodda. It-tim għandu l-għan li jipprovdi valutazzjonijiet u trattament f’waqtu għall-kundizzjonijiet ta’ saħħa mentali, ġeneralment fl-istess ġurnata tar-riferiment.

Klinika ta’ segwitu li jseħħ erba’ ġimgħat wara l-ħruġ tipprovdi kontinwità ta’ kura sakemm il-pazjent jew jiġi riferut għal kura tas- saħħa primarja jew għal klinika reġjonali tas-saħħa mentali fil-komunità għal segwitu itwal.