Servizz ta' Stimulazzjoni Manjetika Transkranjali (TMS).

L-istimulazzjoni manjetika transkranjali (TMS) hija proċedura mhux invażiva u sigura li tuża kampi manjetiċi biex tistimula ċ-ċelloli tan-nervituri fil-moħħ.

Is-servizz tagħna jintuża biex jikkura pazjenti bid-dipressjoni li mhux qed jirrispondu għal forom oħra ta’ trattament (depressjoni reżistenti għat-trattament). Bħalissa qed inwettqu wkoll l-ewwel Prova Ikkontrollata fil-Psikjatrija ġewwa Malta, magħmula b’mod arbitrarju, għall-kura ta’ pazjenti b’ Obsessive Compulsive Disorder reżistenti għat-trattament.

It-tim dedikat tat-TMS tagħna huwa magħmul minn konsulenti, speċjalisti u infermiera speċjalizzati fil-psikjatrija.

Is-servizz tagħna juża stimulatur manjetiku ta’ kapaċità għolja u standards ta’ kura rikonoxxuti internazzjonalment biex jiżgura l-aħjar riżultat għall-pazjenti tagħna.

Għal aktar informazzjoni dwar is-servizz kif ukoll riferiment, ġentilment ikkuntattja lit-tim tal-kura tiegħek.