Timijiet ta’ Outreach

L-Outreach jikkonsisti fi 3 timijiet:

  1. Bormla (li tkopri n-Nofsinhar ta’ Malta)
    Numru ta’ Kuntatt: 2397 2576
  2. Il-Furjana (li tkopri ċ-Ċentru ta’ Malta)
    Numru ta’ Kuntatt: 2122 0331Contact Number: 2122 0331
  3. L-Imtarfa (li tkopri t-Tramuntana ta’ Malta)
    Numru ta’ Kuntatt: 2330 4256 / 2330 4257 / 2330 4258

L- Outreach tal-Imtarfa jinsab fl-Isptar Monte Karmeli (CTC).

It-timijiet tal-Outreach jikkonsistu prinċipalment minn infermiera u persunnal li jagħtu l-kura u joperaw b’sistema ta’ tmexxija tal-każijiet billi jaħdmu b’kollaborazzjoni ma’ ħaddiema soċjali, terapisti okkupazzjonali, psikologi, psikjatri u aġenziji tal-komunità biex jipprovdu servizz ħolistiku għall-utenti tas-servizz fil-komunità.

Is-servizz ta’ Outreach jinvolvi ħidma ma’ nies b’disturbi mentali severi jew persuni vulnerabbli b’mard mentali li jeħtieġu intervent psikjatriku intensiv. Ħaddiema ewlenin f’Outreach jaħdmu ma’ utenti tas-servizz biex (a) jimmaniġġjaw il-mard u s-sintomi (trattament), (b) jipprovdu gwida u assistenza prattika fil-ħajja ta’ kuljum, (c) riabilitazzjoni u (d) jipprovdu appoġġ għall-irkupru.

Ħaddiema ewlenin tal-Outreach għandhom l-għan li jiżguraw kontinwità tal-kura, intervent bikri biex jipprevjenu d-deterjorament u biex jiżguraw funzjoni massima, kif ukoll biex jipprevjenu d-dħul fl-isptar psikjatriku u biex jerġgħu jintegraw lill-utenti tas-servizz fil-komunità wara ħruġ mill-isptar. L-għanijiet jinkludu l-benessri u l-ogħla kwalità tal-ħajja.